Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Diċembru 2009 - Associazione Giùlemanidallajuve vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/08) 1

("Allegat ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE - Ilment - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Associazione Giùlemanidallajuve (Cerignola, l-Italja) (rappreżentanti: L. Misson, A. Kettels, G. Ernes u A. Pel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A Bouquet, aġent)

Suġġett

Talba sabiex jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 232 KE, li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu pożizzjoni fuq l-ilment tar-rikorrenti, fir-rigward ta' ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), il-Comitato Olimpico Nazionale Italiano (Coni), l-Union des associations européennes de football (UEFA) u l-Fédération internationale de football association (FIFA).

Dispożittiv tad-digriet

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

L-Associazione Giùlemanidallajuve u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 223, 30.8.2008.