Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-31 ta' Jannar 2012 - Spar vs UASI - Spa Group Europe (SPA GROUP)

(Kawża T-378/09) 

["Trade Mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja SPA GROUP - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti SPAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Probabbiltà ta' xebh bejn sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Spar Handelsgesellschaft mbH (Schenefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J. C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Spa Group Europe Ltd & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta' Lulju 2009 (Każ R 123/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Spar Handelgesellschaft mbH u Spa Group Europe Ltd & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Spar Handelsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.