Language of document : ECLI:EU:T:2021:656


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings Franza (JUVÉDERM VYBRANCE)

(Kawża T635/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VYBRANCE – Ħlas tardiv tal-ispejjeż tal-appell – Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Restitutio in integrum”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Restitutio in integrum – Applikabbiltà għat-terminu stabbilit għall-ħlas tal-ispejjeż tal-appell

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 68, Artikolu 104(5) u Artikolu 105(1) u (2))

(ara l-punt 35)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Obbligu li l-partijiet jiġu informati dwar ir-rimedji ġudizzjarji u t-termini – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikoli 68 u 104; Regolament tal-Kummissjoni 2018/625, Artikolu 68)

(ara l-punt 36)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑24 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 1014/2020‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Company S.a.r.l.hija kkundannata għall-ispejjeż.