Language of document : ECLI:EU:T:2015:113

Kawża T‑365/13

(pubblikazzjoni b’estratti)

Ir-Repubblika tal-Litwanja

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“FAEGG ‑ Taqsima ‘Garanzija’ ‑ FAEG u FAEŻR ‑ Spejjeż esklużi mill-finanzjament ‑ Miżuri ta’ żvilupp rurali ‑ ‘Żvantaġġi naturali’ u agroambjent ‑ Adegwatezza tal-kontrolli ‑ Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa ‑ Proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015

Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG u l-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżultaw minn irregolarijtaiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % minħabba kontrolli insuffiċjenti, minn Stat Membru, tal-osservanza ta’ miżuri restrittivi marbuta mal-kriterju relatat mal-użu ta’ fertilizzzanti — Wiri, mill-imsemmi Stat Membru, tal-assenza ta’ riskju sinjifikattiv għall-baġit tal-Unjoni minħabba n-nuqqas — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Annulament tal-korrezzjoni finanzjarja

(Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31(2); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/214)

Skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, il-Kummissjoni tevalwa l-ammonti li għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju, billi tieħu inkunsiderazzjoni, minn naħa waħda, in-natura u l-gravità tal-ksur u, min-naħa l-oħra, id-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni.

Għaldaqstant għandha tiġi annullata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/214 timponi korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % fir-rigward tal-miżuri agroalimetari marbuta mal-kriterju relatat mal-użu ta’ fertilizzanti, ibbażata fuq il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, li l-kontrolli viżwali magħmula kienu insuffiċjenti, meta l-Istat Membru kkonċernat juri b’mod suffiċjenti fid-dritt li, fil-prattika, l-assenza ta’ kontrolli doppji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kienet wasslet biss għal riskju finanzjarju baxx għall-baġit tal-Unjoni. Issa, dan ir-riskju ma jiġġustifikax l-applikazzjoni ta’ tali korrezzjoni skont l-imsmemija deċiżjoni, li hija prevista biss meta r-riskju ta’ telf għall-baġit tal-Unjoni huwa sinjifikattiv. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % f’tali kundizzjonijiet hija kuntrarja għall-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u għall-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(ara l-punti 110, 118, 119, 121)