Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2024 – Benschop vs EUIPO – Seven Bell Group (ALWAYS RUN 4PRESIDENT)

(Kawża T-76/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sven Benschop (Montfoort, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: F. Boom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven Bell Group (Campi Bisenzio, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “ALWAYS RUN 4PRESIDENT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 228 179

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1341/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Seven Bell Group għall-ispejjeż, in solidum bejniethom.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________