Language of document : ECLI:EU:T:2013:418





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 —
Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑347/09)

“Għajnuna mill-Istat — Trasferiment b’xejn ta’ ċerti żoni tal-patrimonju naturali nazzjonali — Miżuri intiżi għall-għajnuna finanzjarja ta’ proġetti kbar tal-ħarsien tal-ambjent — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuniet kompatibbli mas-suqkomuni — Kunċett ta’ impriża — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni li tikklassifika miżura notifikata bħala għajnuna mill-Istat u li tiddikjara lil din kompatibbli mas-suq komuni — Inklużjoni (Artikoli 87 KE, 88 KE u 230 KE) (ara l-punt 16)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura legali — Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 19, 21)

3.                     Kompetizzjoni — Regoli Komunitarji — Impriża — Kunċett — Eżerċizzju ta’ attività ekonomika — Organizzazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent li jeżerċitaw attivitajiet sekondarji ta’ natura ekonomika mingħajr skop ta’ qligħ — Eżerċizzju tal-attivitajiet sekondarji li ma jistgħux jiġu ekwiparati mal-eżerċizzju tal-prerogattivi tal-awtorità pubblika — Kompetizzjoni ma’ operaturi li għandhom l-iskop ta’ qligħ — Inklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 25-30, 38, 41, 43-45, 48-50, 59)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji — Tqegħid għad-dispożizzjoni b’xejn ta’ artijiet tal-patrimonju naturali nazzjonali li jippermetti operat kummerċjali — Inklużjoni (Artikolu 87(1)KE) (ara l-punti 61, 62, 67-70, 72, 73)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikolu 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 93-95, 100)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5080 finali, tat-2 ta’ Lulju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 8/2009 mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li tikkonċerna s-sistema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti, minn naħa, fit-trasferiment b’xejn ta’ ċerti żoni tal-patrimonju naturali nazzjonali u, min-naħa l-oħra, f’miżuri intiżi għall-għajnuna finanzjarja ta’ proġetti kbar tal-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 230, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.