Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – EMA vs BU

(Kawża T-444/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat – Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded – Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Dmir ta’ premura”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: BU (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tas-26 ta’ Ġunju 2013, BU vs EMA (F-135/11, F-51/12 u F-110/12, RecFP, EU:F:2013:93), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza. Dispożittiv tas-sentenzaL-appell huwa miċħud.L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti minn BU fil-kuntest ta’ din l-istanza.