Language of document : ECLI:EU:T:2013:475





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Hansa Metallwerke et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑375/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Nuqqas ta’ retroattività”

1.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 42, 206-209)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ġenerali tad-dritt — Ċertezza legali — Nulla poena sine lege — Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 49-52)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kuntest ġuridiku — Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 — Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-imsemmi artiklu — Introduzzjoni mill-Kummissjoni ta’ linji gwida għall-kalkolu tal-multi –Ksur tal-prinċipji ta’ nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali — Assenza (Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 53-56, 60-70)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Distinzjoni bejn ammont finali u ammont intermedju tal-multa — Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2)) (ara l-punti 72-76)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ksur fil-globalità tiegħu — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi oġġettivi marbuta mas-sitwazzjoni ta’ kull impriża — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni — Portata — Limiti (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13 sa 25) (ara l-punti 79-85)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Impożizzjoni tal-ammont massimu fuq impriża — Ammont iżgħar għal parteċipanti oħra fl-akkordju — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza (Artikolu 101(1)TFUE); Regolament tal-Kunsill Nru1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punt 87)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu għall-Kummissjoni li żżomm mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punt 94)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Valur miżjud sinjifikattiv tal-provi prodotti mill-impriża kkonċernata — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-element kronoloġiku tal-kooperazzjoni pprovduta — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 101(1)TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 18 u 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punt 23(b)) (ara l-punti 106-109, 127-139)

9.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet (ara l-punt 111)

10.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri istruttorji — Smigħ ta’ xhieda — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 68) (ara l-punti 117, 118)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Deċiżjoni li timponi multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punt 125)

12.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali — Kamp ta’ applikazzjoni — Multi imposti għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Inklużjoni — Ksur eventwali minħabba l-applikazzjoni għal ksur li seħħ qabel l-introduzzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura prevedibbli tal-emendi introdotti mil-linji gwida — Assenza ta’ ksur (Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02) (ara l-punti 154-159)

13.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżiti analogi fir-rigward tal-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Ilmenti mhux ippreżentati fir-rikors — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 164)

14.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba l-parteċipazzjoni fi ksur meqjus fl-intier tiegħu — Kundizzjonijiet (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 165-167)

15.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Parteċipazzjoni allegatament forzata — Sitwazzjoni ta’ dipendenza ekonomika — Ċirkustanza li ma tikkostitwixxix fatt ġustifikattiv għal impriża li ma użatx il-possibbiltà ta’ denunzja lill-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 101(1) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 174, 175, 199, 200)

16.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Waqfien tal-ksur wara intervent tal-Kummissjoni — Esklużjoni –Adozzjoni mill-impriża, wara l-waqfien tal-ksur, ta’ miżuri għall-prevenzjoni tar-reċidiva — Teħid inkunsiderazzjoni mhux obbligatorju (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 193, 194, 196)

17.                     Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Kumpens — Motivi eċċezzjonali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(3)) (ara l-punti 213, 214, 223, 224)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat‑23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hansa Metallwerke AG, Hansa Nederland BV, Hansa Italiana Srl, Hansa Belgium u Hansa Austria GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.