Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 - CM Capital Markets vs UASI - Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance)

(Kawża T-490/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, S A (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, avukat, u T. Villate Consonni, avukatessa)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carbon Capital Markets Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-16/2008-1, li ċaħdet it-trade mark ikkontestata fit-totalità tagħha;

tilqa' l-konstatazzjonijiet tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta' din il-kawża fil-każ ta' oppożizzjoni magħmula kontra tagħha u tiċħad l-allegazzjonijiet tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Carbon Capital Markets Limited.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "CARBON CAPITAL MARKETS (Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance)" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.480.349) għal servizzi fil-klassi 36.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja "Capital Markets" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.409.281) għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42; u t-trade mark figurattiva Spanjola "Capital Markets" għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________