Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Mejju 2010 - Wessang vs UASI - Greinwald (star foods)

(Kawża T-492/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva star foods - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Nicolas Wessang (Zimmerbach, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: A. Führer u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Greinwald GmbH (Kempten, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Schulz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Settembru 2008 (Każ R 1408/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Nicolas Wessang u Greinwald GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 ta' Settembru 2008 (Każ R 1408/2007-4) hija annullata.

Greinwald GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż ta' Nicolas Wessang.

Wessang għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 32, 7.2.2009.