Language of document : ECLI:EU:T:2010:186





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2010 – Wessang vs UASI – Greinwald (star foods)

(Kawża T-492/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva star foods – Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 59, 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1408/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nicolas Wessang u Greinwald GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant tat-trade mark Komunitarja:

Greinwald GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva star foods għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 29, 30 u 32 – Applikazzjoni Nru 4105615

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Nicolas Wessang

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks figurattivi u verbali Komunitarji STAR SNACKS għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell::

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1408/2007‑4), hija annullata.

2)

Greinwald GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Nicolas Wessang.

3)

N. Wessang għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.

4)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.