Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Baumberger vs EUIPO – Nube (Lío)

(Kawża T-466/21)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Dino Baumberger (Wesel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Fusbahn u D. Dawirs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nube, SL (Ibiza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Lío” bil-kuluri deheb safrani u iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 194 872

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1221/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-28 ta’ April 2020 (Invalidità Nru 000025762 C);

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u żżomm ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata Nru 14 194 872 rreġistrata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Nube SL għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________