Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Schenk Italia vs EUIPO - Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella (AMICONE)

(Kawża T-474/21)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Schenk Italia SpA (Ora, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u M. Lucchini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella (San Pietro in Cariano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AMICONE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 005 725

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2885/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tivverifika u tiddikjara li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea AMICONE Nru 11 005 725 ma tikkostitwixxix evokazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) “Amarone della Valpolicella”, fis-sens tal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 1 , u li ma hija effettwata minn l-ebda raġuni oħra assoluta jew relattiva ta’ invalidità mressqa mill-Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella, u li għaldaqstant hija valida;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella u ta’ partijiet intervenjenti ulterjuri.

Motivi invokati

Identifikazzjoni żbaljata tal-parti sinjifikattiva tad-DOP “Amarone della Valpolicella”, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-evokazzjoni tad-DOP mit-trade mark ikkontestata;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

It-trade mark AMICONE ma hija effettwata minn l-ebda raġuni oħra assoluta jew relattiva ta’ invalidità mressqa mill-Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella.

____________

1     Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5).