Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – Les Éditions P. Amaury vs EUIPO – Golden Balls (BALLON D’OR)

(Kawża T-478/21)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Les Éditions P. Amaury (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u M. Laborde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BALLON D’OR” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 226 148

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1073/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009.

____________