Language of document : ECLI:EU:T:2017:88


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) ta* 16 ta' Frar 2017 –
SolarWorld/Il-Kummissjoni

(Kawża T-783/14)

“Dumping – Sussidji – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-silikon kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew huma kkonsenjati miċ-Ċina – Approvazzjoni ta’ tnaqqis tal-prezz minimu fuq l-importazzjoni skont impenju aċċettat fil-kuntest ta’ proċeduri antidumping u antisussidji – Industrija tal-Unjoni – Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eżaminazzjoni tal-mertu qabel eżaminazzjoni tal-ammissibbiltà – Ammissibbiltà

(ara l-punt 42)

2.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping –Proposti ta’ impenn fir-rigward ta’ prezzijiet  – Aċċettazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Impenji li jipprevedu mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-prezz minimu fuq l-importazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 8(1))

(ara l-punti 46-55)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, inkluża f’ittra tal-15 ta’ Settembru 2014 indirizzata lill-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ makkinarju u ta’ prodotti elettroniċi, li jġibu r-riferiment Trade/H4 (2014) 3328168, li jiġi aġġustat ’l isfel il-prezz minimu fuq l-importazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ moduli u ċelloli fotovoltajċi mmanufatturati mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi, suġġetti għal impenn tal-prezz b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2014 għall-aħħar kwart tal-2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SolarWorld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.