Language of document : ECLI:EU:T:2018:487





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) tat13 ta’ Lulju 2018 – Bourdouvali et vsIlKunsill et

(Kawża T786/14)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE dwar il-provvista ta’ likwidità ta’ urġenza sussegwentement għal talba tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru – Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal‑25 ta’ Marzu, tat‑12 ta’ April, tat‑13 ta’ Mejju u tat‑13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru – Deċiżjoni 2013/236/UE – Protokoll ta’ Ftehim tas‑26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali – Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dritt għall-proprjetà – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament”

1.      Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għal dannu imputabbli lill-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talba għal kumpens minħabba danni kkawżati mill-awtoritajiet nazzjonali – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 77‑80)

2.      Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għal dannu kkawżat mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew fit-twettiq ta’ kompiti fdati mit-Trattat li Jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Ammissibbiltà

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 81)

3.      Rikors għad-danni – Natura awtonoma – Differenza fir-rigward tar-rikors għal annullament – Kwalità ta’ konvenut – Kriterji ta’ determinazzjoni

(Artikoli 263 TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 105‑108)

4.      Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għal dannu kkawżat mill-Grupp tal-Euro fl-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija mid-dritt tal-Unjoni – Ammissibbiltà

(Artikolu 3 TUE; Artikoli 119(2) TFUE, 137 TFUE u 268 TFUE; Protokoll Nru 14 anness mat-Trattati UE u FUE, Artikolu 1)

(ara l-punt 109)

5.      Politika ekonomika u monetarja – Politika monetarja – Koordinazzjoni tal-politika monetarja – Laqgħa informali tal-Istati Membri li għandhom l-Euro bħala munita fi ħdan il-Grupp tal-Euro – Suġġett – Kompożizzjoni

(Artikolu 137 TFUE; Protokoll Nru 14 anness mat-Trattati UE u FUE, Artikolu 1; Trattat li Jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, Artikolu 5(1))

(ara l-punti 119‑121)

6.      Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Koordinazzjoni tal-politika ekonomika – Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Attribuzzjoni ta’ kompetenzi fil-qasam ta’ għoti ta’ għajnuna finanzjarja – Issuġġettar għad-dritt internazzjonali pubbliku – Imputabbiltà lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ atti mwettqa minnhom bis-saħħa ta’ funzjonijiet mogħtija mit-Trattat dwar il-Mekkaniżmu ta’ Stabbiltà – Esklużjoni

(Trattat li Jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, Artikolu 13(4))

(ara l-punti 124, 125, 166)

7.      Politika ekonomika u monetarja – Politika monetarja – Implimentazzjoni – Miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli f’Ċipru – Integrazzjoni tal-attivitajiet ta’ bank nazzjonali fi ħdan il-Bank Ċentrali nazzjonali u konverżjoni tad-depożiti f’azzjonijiet fi ħdan ta’ dan tal-aħħar – Assenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istat Membru kkonċernat

(Artikolu 136(1) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236, Artikolu 2(6)(b) u (d))

(ara l-punti 177‑180, 185, 190)

8.      Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika –– Koordinazzjoni tal-politika ekonomika – Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Attribuzzjoni ta’ kompiti ġodda lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew – Assenza ta’ effett fuq l-attribuzzjonijiet mogħtija mit-Trattati UE u FUE lil dawn l-istituzzjonijiet – Possibbiltà li tiġi invokata n-natura illegali tat-twettiq ta’ dawn il-kompiti fil-kuntest ta’ rikors għad-danni

(Artikolu 17(1) TUE; Artikolu 282(2) TFUE; Trattat li Jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, Artikolu 13(3), (4) u (7))

(ara l-punti 200‑203)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni – Kunċett – Assigurazzjonijiet ipprovduti mill-Grupp tal-Euro – Inklużjoni

(ara l-punti 204, 205, 403, 426)

10.    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Elementi li jippermettu li jiġu identifikati l-aġir li bih hija akkużata l-istituzzjoni, ir-rabta kawżali u n-natura reali u ċerta tad-dannu kkawżat

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(c))

(ara l-punti 214, 215)

11.    Rikors għad-danni – Natura awtonoma – Eżawriment tar-rimedji nazzjonali – Eċċezzjoni – Possibbiltà għall-qorti tal-Unjoni li tidentifika n-natura u l-quantum tad-dannu allegat

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(c))

(ara l-punti 237‑240)

12.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet– Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 244)

13.    Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Koordinazzjoni tal-politika ekonomika – Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Konklużjoni ta’ Protokoll ta’ Ftehim li jipprevedi l-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati ta’ bank nazzjonali u l-iffriżar temporanju ta’ depożiti oħra mhux assigurati ta’ dan il-bank – Kompatibbiltà mad-dritt għall-proprjetà tad-depożituri – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ miżuri inqas restrittivi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-urġenza tas-sitwazzjoni

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17(1) u 52(1); Trattat li Jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, Artikolu 12)

(ara l-punti 254, 281, 289, 309)

14.    Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet stabbiliti mill-Karta – Kundizzjonijiet – Rekwiżit relatat mal-inklużjoni tal-limitazzjoni f’liġi – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 52(1) u (3))

(ara l-punt 271)

15.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Att normattiv li jimplika għażliet tekniċi u evalwazzjonijiet kumplessi – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lil individwi – Rekwiżit ta’ ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni

(Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 290)

16.    Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Koordinazzjoni tal-politika ekonomika – Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Konklużjoni ta’ Protokoll ta’ Ftehim li jipprevedi l-konverżjoni f’azzjonijiet tad-depożiti mhux assigurati ta’ bank nazzjonali u l-iffriżar temporanju ta’ depożiti oħra mhux assigurati ta’ dan il-bank – Kompatibbiltà mad-dritt għall-proprjetà tad-depożituri – Eżistenza ta’ sitwazzjonijiet paragunabbli – Trattament differenti tal-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-Euro li jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja – Ksur – Kundizzjonijiet

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17(1); Trattat li Jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, Artikolu 12)

(ara l-punti 310‑312)

17.    Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 389)

18.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ – Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti – Assenza

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 391‑394)

19.    Il-Bank Ċentrali Ewropew – Kompetenzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali – Determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-rikapitalizzazzjoni u għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji – Esklużjoni

(Artikolu 282(1) TFUE; Protokoll Nru 4 anness mat-Trattati UE u FUE, Artikolu 14.4)

(ara l-punti 414‑416, 418)

20.    Atti tal-istituzzjonijiet – Natura ġuridika – Determinazzjoni fid-dawl tal-kontenut tal-att – Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li ma ġietx ippubblikata fis-Serje L jew C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ valur ġuridiku

(ara l-punt 419)

21.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Għoti ta’ għajnuna finanzjarja lil Stat Membru f’diffikultà suġġetta għall-adozzjoni minnu ta’ ċerti miżuri sabiex tinkiseb mill-ġdid l-istabbiltà finanzjarja – Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ tali miżuri waqt l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja lil Stati Membri oħra – Ksur – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236)

(ara l-punti 431, 432)

22.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Kunċett – Oneru tal-prova

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 21)

(ara l-punti 439‑441)

23.    Politika ekonomika u monetarja – Politika monetarja – Implimentazzjoni – Miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli f’Ċipru – Żarmar ta’ bank f’diffikultà u rikapitalizzazzjoni ta’ bank ieħor f’diffikultà permezz ta’ konverżjoni tad-depożiti mhux assigurati tal-ewwel bank f’fondi tiegħu stess – Teħid mit-tieni bank tad-dejn tal-ewwel bank li joriġina mill-għajnuna finanzjarja – Trattament differenti tad-detenturi ta’ depożiti mhux assigurati taż-żewġ banek fir-rigward tal-kredituri li għandhom talbiet li joriġinaw mill-għajnuna finanzjarja – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/23; Protokoll ta’ Ftehim tas‑26 ta’ April 2013)

(ara l-punt 448)

24.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Projbizzjoni – Inapplikabbiltà għal sitwazzjoni purament interna ta’ Stat Membru – Limiti – Kontribuzzjoni minn istituzzjoni tal-Unjoni għaż-żamma jew għall-implimentazzjoni ta’ tali trattament – Inammissibbiltà

(Artikolu 18 TFUE)

(ara l-punti 460‑462)

25.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Ksur – Kunċett

(ara l-punt 464)

26.    Politika ekonomika u monetarja – Politika monetarja – Implimentazzjoni – Miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli f’Ċipru – Żarmar ta’ bank f’diffikultà u rikapitalizzazzjoni ta’ bank ieħor f’diffikultà permezz ta’ konverżjoni tad-depożiti mhux assigurati tal-ewwel bank f’fondi tiegħu stess – Trattament differenti tad-detenturi ta’ depożiti mhux assigurati taż-żewġ banek fir-rigward tad-detenturi ta’ depożiti magħmula ma’ fergħat Griegi ta’ dawn il-banek– Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/23; Protokoll ta’ Ftehim tas‑26 ta’ April 2013)

(ara l-punti 468‑470, 472)

27.    Politika ekonomika u monetarja – Politika monetarja – Implimentazzjoni – Miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli f’Ċipru – Żarmar ta’ bank f’diffikultà u rikapitalizzazzjoni ta’ bank ieħor f’diffikultà permezz ta’ konverżjoni tad-depożiti mhux assigurati tal-ewwel bank f’fondi tiegħu stess – Trasferiment tad-depożiti lit-tieni bank suġġett għal limitu ta’ EUR 100 000 għal kull depożitur – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19, kif emendata bid-Direttivi 2005/1 u 2009/14, 16-il premessa u Artikolu 7(1a); Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236; Protokoll ta’ Ftehim tas26 ta’ April 2013)

(ara l-punti 481‑484)

28.    Proċedura ġudizzjarja – Prova – Oneru tal-prova

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikolu 85)

(ara l-punt 500)

29.    Politika ekonomika u monetarja – Politika monetarja – Implimentazzjoni – Miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli f’Ċipru – Żarmar ta’ bank f’diffikultà u rikapitalizzazzjoni ta’ bank ieħor f’diffikultà permezz ta’ konverżjoni tad-depożiti mhux assigurati tal-ewwel bank f’fondi tiegħu stess – Trattament differenti tad-detenturi ta’ depożiti mhux assigurati taż-żewġ banek fir-rigward tal-kumpanniji tas-settur bankarju kooperattiv li ma kinux is-suġġett ta’ rikapitalizzazzjoni interna – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236)

(ara l-punti 503507)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarbu minħabba d-deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE tal‑21 ta’ Marzu 2013 dwar il-provvista ta’ likwidità ta’ urġenza sussegwentement għal talba mressqa mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, id-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal‑25 ta’ Marzu, tat‑12 ta’ April, tat‑13 ta’ Mejju u tat‑13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE, tal‑25 ta’ April 2013, indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU 2013, L 141, p. 32), il-Protokoll ta’ Ftehim tas‑26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) u minħabba atti oħra u aġir ieħor tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, tal-BĊE u tal-Grupp tal-Euro marbuta mal-għoti ta’ faċilità ta’ għajnuna finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eleni Pavlikka Bourdouvali u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).