Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – LB vs TO

(Kawża C-120/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LB

Konvenut: TO

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 194(1) flimkien mal-Artikolu 195 tal-Bürgerlichen Gesetzbuchs (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-“BGB”), skont liema d-dritt għal-leave annwali mħallas huwa suġġett għal terminu ta’ preskrizzjoni regolari ta’ tliet snin, li l-perjodu tiegħu jibda jiddekorri minn tmiem is-sena li fiha kien disponibbli l-leave, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 199(1) tal-BGB, jekk il-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qegħdet lill-impjegat f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt għal leave tiegħu permezz ta’ talbiet u indikazzjonijiet xierqa?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.