Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Morningstar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/14) 1

Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali – Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti – Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morningstar, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kinsella, K. Daly, P. Harrison, solicitors, u M. Abenhaïm, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Partijiet konvenuta insostenn tal-parti konvenuta : Thomson Reuters Corp. (Toronto, il-Kanada) u Reuters Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti : A. Nourry, G. Olsen u C. Ghosh, solicitors)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9635, tal-20 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE [Każ COMP/D2/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (RIC)].

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Morningstar, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 135, 5.5.2014.