Language of document : ECLI:EU:T:2017:813

Kawża T75/14

Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI)

vs

Il-Parlament Ewropew
u
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-atti – Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal u l-organizzazzjonijiet sindakali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017

1.      Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Bidu tad-dekorrenza – Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni – Kalkolu

(Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 101 u 102)

2.      Rikors għad-danni – Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament – Inammissibbiltà tar-rikors għal annullament indirizzat kontra regolament – Assenza ta’ effett fuq l-ammissibbiltà ta’ rikors intiż għall-kumpens għad-dannu kkawżat mill-adozzjoni tal-istess regolament

3.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

4.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Att normattiv li jimplika għażliet ta’ politika ekonomika – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lil individwi – Rekwiżit ta’ ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Applikazzjoni immedjata tar-regola l-ġdida lill-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt ir-regola l-antika – Adozzjoni tar-Regolament Nru 1023/2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra – Ksur tad-drittijiet kweżiti – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 45(1) u 52, u l-Anness IVa, Artikolu 4, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013)

6.      Uffiċjali – Regolamenti tal-Persunal – Regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għall-adozzjoni – Konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal – Konsultazzjoni mill-ġdid fil-każ ta’ bidla sostanzjali fil-proposta inizjali – Portata tal-obbligu

(Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10)

7.      Uffiċjali – Regolamenti tal-Persunal – Regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għall-adozzjoni – Applikazzjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni – Rifjut tal-Parlament li jipparteċipa fl-imsemmija proċedura – Ksur tad-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 27)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43 sa 54, 57 sa 59)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 65 sa 68)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 72, 73)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 79 sa 81)

5.      L-emendi magħmula għall-Artikolu 45(1) u l-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll għall-Artikolu 4 tal-Anness IVa tar-Regolamenti tal-Persunal permezz tal-Artikolu 1(27), (32) u (64) tar-Regolament Nru 1023/2013 ma jirrigwardawx ksur tal-prinċipju ta’ drittijiet kweżiti tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni li, skont ir-rikorrenti, jirriżultaw mill-ftehim dwar ir-riforma tal-2004 konkluż bejn il-Kunsill u l-organizzazzjonijiet sindakali jew professjonali fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 723/2004.

Fil-fatt, fl-ewwel lok, dan il-ftehim jikkonċerna biss ir-riforma tal-2004 u l-effetti ta’ tali ftehim għalhekk ma jistgħux jiġu estiżi għall-emendi ulterjuri kollha tar-Regolamenti tal-Persunal mil-leġiżlatur tal-Unjoni, sakemm dan ma jċaħħadx lil dan tal-aħħar mill-possibbiltà li jeżerċita l-kompetenza mogħtija lilu mill-Artikolu 336 TFUE.

Barra minn hekk, peress li r-rabta ġuridika bejn l-uffiċjali u l-amministrazzjoni hija bbażata fuq ir-Regolamenti tal-Persunal, id-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali jistgħu jiġu emendati fi kwalunkwe mument mil-leġiżlatur.

Fit-tieni lok, fil-fatt huwa prinċipju stabbilit li l-liġijiet emendatorji ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva, bħalma huma r-regolamenti emendatorji tar-Regolamenti tal-Persunal, japplikaw, jekk ma jkunx hemm deroga, għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nibtu taħt il-liġi l-qadima. Dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li nibtu u kienu definittivament imwettqa taħt il-liġi preċedenti, u li joħolqu drittijiet kweżiti. B’hekk, dritt huwa kkunsidrat bħala kweżit meta l-fatt li jagħti lok għalih ikun seħħ qabel l-emenda leġiżlattiva. Madankollu, dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ dritt li l-fatt li ta lok għalih ma twettaqx taħt il-leġiżlazzjoni li ġiet emendata.

(ara l-punti 86 sa 88, 91)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 98 sa 106)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 112 sa 116)