Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Marzu 2009 - Associazione italiana del risparmio gestito et Fineco Asset Management vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-445/05)1

("Għajnuna mill-Istat - Skema ta'għajnuna stabbilita mill-awtoritajiet Taljani favur ċerti impriżi ta'investiment kollettiv f'titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta' ishma ta' kumpanniji b'kapital żgħir jew medju - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Obbligu ta' motivazzjoni - Natura selettiva tal-miżura - Obbligu ta' rkupru")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Associazione italiana del risparmio gestito (Ruma, l-Italja); u Fineco Asset Management SpA (Ruma) (rappreżentanti: G. Escalar, G. Cipolla u V. Giordano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/638/KE, tas-6 ta' Settembru 2005, dwar l-iskema ta' għajnuna li l-Italja għandha l-intenzjoni timplementa favur ċerti impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta' ishma ta' kumpanniji b'kapital żgħir jew medju kkwotati f'swieq regolati (ĠU 2006, L 268, p. 1).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 48, 25.2.2006.