Language of document : ECLI:EU:T:2012:48





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/08)

“Kompetizzjoni — Ftehim — Suq tal-lastku kloropren — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet — Tqassim tas-suq — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Prova tad-tbegħid mill-akkordju — Tul tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi — Nuqqas ta’ retroattività — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Ċirkustanzi attenwanti”

1.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 51, 181)

2.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Parteċipazzjoni ta’ impriża f’inizjattiva antikompetittiva — Natura suffiċjenti, għar-responsabbiltà tal-impriża, ta’ approvazzjoni taċita mingħajr tbegħid pubbliku jew denunzja lill-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 52, 53, 61, 62, 64, 184)

3.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Prova — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 54)

4.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Riċezzjoni minn operatur ta’ informazzjoni li toriġina minn kompetitur dwar l-aġir futur tiegħu fis-suq (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 67)

5.                     Proċedura — Terminu għall-produzzjoni tal-provi — Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Kamp ta’ applikazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(1) u 66(2)) (ara l-punt 69)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Portata — Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ dokument — Konsegwenzi — Neċessità li ssir, fuq il-livell tal-oneru tal-prova li taqa’ fuq l-impriża kkonċernata, distinzjoni bejn id-dokumenti li huma prova kontra u dawk li jiskaġunaw (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2)) (ara l-punti 82-84)

7.                     Dritt Komunitarju — Prinċipji — Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali — Kamp ta’ applikazzjoni — Multi imposti għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Inklużjoni — Ksur eventwali minħabba l-applikazzjoni għal ksur li seħħ qabel l-introduzzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura prevedibbli tal-emendi introdotti mil-linji gwida — Assenza ta’ ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02) (ara l-punti 115-124)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Obbligu li tiġi applikata l-lex mitior — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 126)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni — Sena ta’ referenza — L-aħħar sena sħiħa tal-ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 134, 135)

10.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Prattika miftiehma — Prova tal-ksur — Oneru tal-prova (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 173-178)

11.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fil-ksur bħala mezzi ta’ prova — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 179)

12.                     Kompetizzjoni — Akkordji — Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali — Kriterji (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 180)

13.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Evalwazzjoni globali (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 237-239, 242-256)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 — Lastku kloropren), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Denki Kagaku Kogyo Kabushiki Kaisha u Denka Chemicals GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.