Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2021 – Deutsche Wohnen SE vs Staatsanwaltschaft Berlin

(Kawża C-807/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Wohnene SE

Parti oħra fil-proċedura: Staatsanwaltschaft Berlin

Domandi preliminari

L-Artikolu 83(4) sa (6) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkorpora fid-dritt nazzjonali l-kunċett funzjonali ta’ impriża u l-prinċipju tal-entità funzjonali marbuta mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, bil-konsegwenza li, billi jestendi l-prinċipju tal-entità legali li fuqu jibbaża l-Artikolu  30 tal-Gesetz über Ordnungswidrigkeiten (il-Liġi dwar il-Ksur Amministrattiv), proċedura ta’ ksur amministrattiv tkun tista’ tittieħed direttament kontra impriża u l-impożizzjoni ta’ multa ma teħtieġx il-konstatazzjoni ta’ ksur amministrattiv imwettaq minn persuna fiżika identifikata, li tissodisfa, skont il-każ, l-elementi kollha li jikkostitwixxu l-ksur?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 83(4) sa (6) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impriża għandha tkun wettqet b’mod żbaljat il-ksur bl-intervent ta’ kollaboratur [ara l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat 1 ], jew, ksur oġġettiv ta’ obbligu tal-impriża huwa bħala prinċipju suffiċjenti sabiex tiġi imposta multa fuq l-impriża (“strict liability”)?

____________

1     ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.