Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 – AgriCapital vs UASI – agri.capital (AGRI.CAPITAL)

(Kawża T-514/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AgriCapital Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Meyer u M. Gramsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: agri.capital GmbH (Münster, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Lulju 2013 mogħtija fil-Każ R 2236/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AGRI.CAPITAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7, 35, 36, 37, 39, 40, 42 u 45 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 341 323

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “AgriCapital” irreġistrata bin-Nru 6 192 322 għal servizzi fil-klassi 36 u t-trade mark Komunitarja verbali “AGRICAPITAL” irreġistrata bin-Nru 4 589 339 għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizjoni miċħuda fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.