Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2015 – Braun Melsungen vs UASI (SafeSet)

(Kawża T-513/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SafeSet – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: B. Braun Melsungen AG (Melsungen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1598/2012-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SafeSet bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.B. Braun Melsungen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.