Language of document : ECLI:EU:T:2015:140





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2015 – Braun Melsungen vs UASI (SafeSet)

(Kawża T‑513/13)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SafeSet – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Motivazzjoni loġika (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Kunċett – Trade mark ikkostitwita minn kelma jew minn neoloġiżmu li jirriżulta minn għaqda ta’ elementi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 29-31)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Trade mark verbali SafeSet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 37-40)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 44-46)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1598/2012‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SafeSet bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

B. Braun Melsungen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.