Language of document : ECLI:EU:T:2015:372

Kawża T‑514/13

AgriCapital Corp.

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AGRI.CAPITAL — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti AgriCapital u AGRICAPITAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2015

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali AGRI.CAPITAL — trade marks verbali AgriCapital u AGRICAPITAL

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Karattru komplementari ta’ prodotti jew ta’ servizzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 22-24, 74)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 26)

3.      Ma teżistix, għall-konsumatur medju tal-Unjoni Ewropea, probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, bejn is-sinjal verbali AGRI.CAPITAL, li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark Komunitarja saret għal “servizz ta’ ġestjoni u ta’ medjazzjoni ta’ proprjetà immobbli”, “servizzi ta’ kuntratturi” u “servizzi ta’ żvilupp ta’ kunċetti ta’ użu” li jaqgħu taħt il-klassi 36 skont il-Ftehim ta’ Nice, u t-trade marks verbali AgriCapital u AGRICAPITAL irreġistrati preċedentement bħala trade marks Komunitarji għal servizzi finanzjarji li jaqgħu fl-istess klassi tal-imsemmi ftehim, peress li s-servizzi koperti mit-trade marks ma kinux simili mas-servizzi koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni. L-assenza ta’ xebh bejn is-servizzi ma tistax tkun ikkumpensata, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, bix-xebh, għalkemm ta’ livell għoli bejn it-trade marks kunfliġġenti.

(ara l-punti 27, 28, 70, 75, 76)

4.      Il-prodotti jew is-servizzi komplementari huma dawk li bejniethom teżisti rabta mill-qrib, fis-sens li wieħed ikun indispensabbli jew importanti għall-użu tal-ieħor, b’tali mod li l-konsumaturi jistgħu jaħsbu li l-istess impriża hija responsabbli għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti jew għall-provvista ta’ dawn is-servizzi. Dan jimplika li s-servizzi komplementari jistgħu jintużaw flimkien, li jippreżupponi li huma indirizzati lill-istess pubbliku.

(ara l-punti 58, 59)