Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-515/13 u T-719/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Bini ta’ bastimenti – Dispożizzjonijiet fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet stabbiliti għall-finanzjament u x-xiri ta’ bastimenti – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha – Rikors għal annullament – Interess individwali – Ammissibbiltà – Vantaġġ – Natura selettiva – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad, sussegwentment M. Sampol Pucurull, avukati) (Kawża T-515/13); Lico Leasing, SA (Madrid, Spanja) u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA (Madrid) (rappreżentanti: M. Merola u A. Sánchez, avukati) (Kawża T-719/13))

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, M. Afonso, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja [–] Reġim tat-taxxa [Skema fiskali] applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema [skema] Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja [–] Reġim tat-taxxa [Skema fiskali] applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema [skema] Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-Renju ta’ Spanja, minn Lico Leasing, SA, u minn Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA.

____________

1 ĠU C 336, 16.11.2013.