Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2012 - El Corte Inglés vs UASI - English Cut (The English Cut)
(Kawża T-515/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The English Cut, SL (Málaga, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta' Settembru 2012, fil-Każ R 1673/2011-1, u tiddikjara li skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-appell tal-opponenti quddiem l-UASI kellu jiġi milqugħ u li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ta' għoti sħiħ tat-trade mark Komunitarja Nru 8 868 474 "The English Cut" (verbali) kellha tiġi annullata.
tikkunannda lill-parti jew lill-partijiet li jikkontesaw din id-deċiżjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: The English Cut, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "The English Cut" għal prodotti fil-klassi 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 868 747
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi "El Corte Inglés" għal prodotti fil-klassijiet 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
- Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
- Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009
____________