Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/12) 1

(“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Deċiżjoni ta’ għeluq ta’ proċedura fil-kuntest tal-proġett EU Pilot – Nuqqas ta’ azzjoni fuq ilment – Nuqqas ta’ tressiq ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore) (rappreżentanti: V. Foerster u T. Pahl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u G. Wilms, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO, kif imsemmi fl-ittra tas-27 ta’ Settembru 2012, mibgħuta lir-rikorrenti bir-referenza SANCO/A2/AM/kvs (2012) 1245353.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħuda bħala inammissibbli.

Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 32, 02.02.2013.