Language of document : ECLI:EU:T:2011:552





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Telefónica O2 Germany vs UASI – Loopia (LOOPIA)

(Kawża T‑150/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LOOPIA – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti LOOP u LOOPY – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 42-44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1812/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG u Loopia AB.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1812/2008-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Telefónica O2 Germany għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI.

4)

Loopia AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.