Language of document : ECLI:EU:T:2011:715





Sentenza tal-Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2011 – El Corte Inglés vs UASI – Azzedine Alaïa (ALIA)

(Kawża T-152/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALIA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ALAÏA PARIS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20, 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 924/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Azzedine Alaïa u El Corte Inglés, SA

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 924/2008‑4), hija annullata peress li l-Bord tal-Appell eskluda mill-analiżi tiegħu dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni l-prodotti fil-klassi 3 li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni “fwieħa, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozzjonijiet għax-xagħar; toothpaste”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

El Corte Inglés, SA, l-UASI u Azzedine Alaïa għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.