Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-623/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martín, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2013;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, u
addizzjonalment, il-Qorti Ġenerali hija mitluba, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li tordna lill-Kummissjoni tipproduċi d-dokumenti li hija rrifjutat l-aċċess tagħhom, sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ twettaq l-eżami relatat magħhom u tivverifika l-eżattezza tal-argumenti li jinsabu fir-rikors. Motivi u argumenti prinċipaliF’dawn il-proċeduri r-rikorrenti titlob l-annullament taċ-ċaħda espliċita tat-talba għall-aċċess għal ċerti dokumenti. Iċ-ċaħda impliċita ta’ din l-istess talba tikkostitwixxi s-suġġett tal-Kawża T-419/13, Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni. Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk diġà invokati f’din il-kawża.