Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ottubru 2011 - Association belge des consommateurs test-achats vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/10) 1

("Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Belġjan tal-enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Impenji matul l-ewwel fażi ta' eżami - Deċiżjoni li tirrifjuta r-rinviju parzjali tal-eżami ta' konċentrazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali - Rikors għal annullament - Assoċjazzjoni ta' konsumaturi - Interess ġuridiku - Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni fil-fond - Drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Association belge des consommateurs test-achats ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fratini u F. Filpo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment C. Lazarus, A. Amsellem u A. Fontanille, sussegwentement C. Lazarus u A. Creus Carreras, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2009) 9059 u C (2009) 8954, tat-12 ta' Novembru 2009, l-ewwel waħda li tiddikjara l-kompatibbiltà ta' konċentrazzjoni mas-suq komuni (Każ COMP/M.5549 - EDF/Segebel) abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2009, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), u t-tieni waħda li tiċħad t-talba tal-awtoritajiet kompetenti Belġjani sabiex l-imsemmi każ jiġi rrinvijat parzjalment skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-regolament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Association belge des consommateurs test-achats ASBL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Électricité de France (EDF) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010.