Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2024 – Emanuele u Hansen vs Il-Parlament

(Kawża T-228/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gianfranco Emanuele (Ceroux-Mousty, il-Belġju), Dorte Hansen (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u P. Baudoux, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-4 ta’ Lulju 2023 dwar id-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti;

inkwantu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-5 ta’ Frar 2024 li tiċħad l-ilmenti individwali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv prinċipali u motiv sussidjarju.

B’mod prinċipali, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-Artikoli 21, 22 u 28 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).

B’mod sussidjarju, ir-rikorrenti jqajmu eċċezzjoni ta’ illegalità inkwantu l-Artikolu 28 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

____________