Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-8 ta’ Awwissu 2023 – Trenitalia SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-510/23, Trenitalia)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Trenitalia SpA

Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Domanda preliminari

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) 1 , moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-konsumatur u ta’ effettività tal-azzjoni amministrattiva, għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-tal-legge 24 novembre 1981, n. 689 (il-Liġi Nru 689 tal-24 ta’ Novembru 1981) - kif interpretata mill-ġurisprudenza u mid-duttrina - li jirrikjedi li l-Autorità garante della concorrenza e del mercato (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tas-Suq) tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari għall-verifika ta’ prattika kummerċjali żbaljata (żleali) f’terminu ta’ skadenza ta’ 90 jum, li jiddekorri mill-mument li fih l-Awtorità jkollha għarfien tal-elementi essenzjali tal-ksur, u dawn l-elementi jistgħu jiġu limitati għal meta l-ksur jiġi rrapportat l-ewwel darba?”

____________

1 ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.