Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-7 ta’ Awwissu 2023 – Centro di Assistenza Doganale (Cad) Mellano Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli - Agenzia delle Dogane - Direzione Interregionale per la Liguria, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-503/23, Centro di Assistenza Doganale Mellano)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Centro di Assistenza Doganale (Cad) Mellano Srl

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli – Agenzia delle Dogane – Direzione Interregionale per la Liguria, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 , moqri flimkien mal-premessa 21 tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni (l-Artikolu 3(3)3 tad-Digriet Ministerjali Nru 549/1992) u prattika nazzjonali li jipprevedu li l-awtorizzazzjoni sabiex jiġu operati CAD – Ċentri ta’ assistenza doganali – hija limitata għal “post approvat” fil-ġurisdizzjoni territorjali tad-Direttorat Reġjonali, Interreġjonali jew Interprovinċjali fejn għandhom is-sede tagħhom u l-estensjoni ta’ din l-awtorizzazzjoni fit-territorju nazzjonali kollu hija b’hekk eskluża?

L-Artikoli 10 u 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola (l-Artikolu 3(3)3 tad-Digriet Ministerjali Nru 549/1992) u prattika nazzjonali li jipprevedu li l-awtorizzazzjoni sabiex jiġu operati CAD – Ċentri ta’ assistenza doganali – hija limitata għal “post approvat” fil-ġurisdizzjoni territorjali tad-Direttorat Reġjonali, Interreġjonali jew Interprovinċjali fejn għandhom is-sede tagħhom u l-estensjoni ta’ din l-awtorizzazzjoni fit-territorju nazzjonali kollu hija b’hekk eskluża u fl-istess ħin jirriżervaw din in-natura operattiva fit-territorju nazzjonali kollu biss lill-aġenti tad-dwana?

L-Artikoli 56 sa 62 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola (l-Artikolu 3(3)3 tad-Digriet Ministerjali Nru 549/1992) u prattika nazzjonali li taħtha l-awtorizzazzjoni sabiex jiġu operati CAD – Ċentri ta’ assistenza doganali – hija limitata għal “post approvat” fil-ġurisdizzjoni territorjali tad-Direttorat Reġjonali, Interreġjonali jew Interprovinċjali fejn għandhom is-sede tagħhom u l-estensjoni ta’ din l-awtorizzazzjoni fit-territorju nazzjonali kollu hija b’hekk eskluża u fl-istess ħin jirriżervaw din in-natura operattiva fit-territorju nazzjonali kollu biss lill-aġenti tad-dwana?

____________

1 ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.

1 ĠU 2006, L 376, p. 36.