Language of document :

Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2023 minn Brooks England Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-63/22, Brooks England Ltd vs EUIPO – Brooks Sports, Inc.

(Kawża C-504/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Brooks England Ltd (rappreżentant: S. A. Feltrinelli, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Brooks Sports, Inc.

B’digriet tas-27 ta’ Ottubru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma setax jitħalla jitkompla u li Brooks England Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________