Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Aroa Bodegas vs UASI – Bodegas Muga (aroa)

(Kawża T-536/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva aroa – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Aro – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aroa Bodegas, SL (Zurukoain, Spanja) (rappreżentant: S. Alonso Maruri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Muga, SL (Haro, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1845/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Muga, SL u Aroa Bodegas, SL.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Aroa Bodegas, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).Bodegas Muga, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.