Language of document : ECLI:EU:T:2014:157





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2014 –

Still vs UASI (Fleet Data Services et Truck Data Services)

(Kawżi magħquda T‑534/12 u T‑535/12)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi Fleet Data Services u Truck Data Services – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt għal smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 11)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 12)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark kumplessa – Teħid inkunsiderazzjoni tal-perċezzjoni globali tat-trade mark mill-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20, 21)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks figurattivi Fleet Data Services u Truck Data Services (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22-26)

5.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 31, 32)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2012 (Każ R 130/2012‑1 u Każ R 4/2012‑1), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal figurattiv Fleet Data Services u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal figurattiv Truck Data Services bħala trade marks Komunitarji.

 Dispożittiv

1)         Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)         Still GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.