Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2017 – La Mafia Franchises vs EUIPO –

Italy (La Mafia SE SIENTA A LA MESA)

(Kawża T-1/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: La Mafia Franchises, SL (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ir-Repubblika tal-Italja

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “La Mafia SE SIENTA A LA MESA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 510 921

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 803/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 510 921 “LA MAFIA SE SIENTA A LA MASA”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________