Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar)

(Kawża T-209/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar – Raguni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1276/2013-1), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali aħdar bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Carsten Bopp huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 151, 19.5.2014.