Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Mederer vs UASI – Cadbury Netherlands International Holdings (Gummi Bear-Rings)

(Kawża T-210/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva Gummi Bear-Rings – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti GUMMY – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Sachs u O. Ruhl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cadbury Netherlands International Holdings BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Padial Martínez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 225/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cadbury Netherlands International Holdings BV u Mederer GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mederer GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 245, 28.7.2014.