Language of document : ECLI:EU:T:2015:701





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Settembru 2015 –
Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar)

(Kawża T‑209/14)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 40-45, 51 u 52)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 47, 48, 59 u 60)

3.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 61-65)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1276/2013‑1), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carsten Bopp huwa kkundannat għall-ispejjeż.