Language of document : ECLI:EU:T:2017:715





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Klement vs EUIPO - Bullerjan (Forma ta’ forn)

(Kawża T-211/14 RENV)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ forn – Użu ġenwin tat-trade mark – Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Natura tal-użu tat-trade mark – Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Għan u kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)(a))

(ara l-punti 34 sa 36)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma ta’ forn

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)(a))

(ara l-punti 42, 47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Jannar 2014 (Każ R 927/2013-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn T. Klement u Bullerjan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toni Klement għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.