Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2023 – VB vs BĊE

(Kawża T-124/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VB (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ April 2022 li tinformah li mhux sejjer jirċievi l-allowance ta’ kuljum;

tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tat-2 ta’ Awwissu 2022, li tiċħad l-istħarriġ amministrattiv tiegħu ppreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2022 kontra l-imsemmija deċiżjoni li tiċħadlu l-benefiċċju tal-allowance ta’ kuljum;

tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2022, li tiċħad l-ilment tiegħu ppreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022;

tordna l-ħlas tas-somma ta’ EUR 9 270 (jiġifieri allowance ta’ kuljum għall-perijodu ta’ 3 xhur), flimkien ma’ interessi kkalkolati bir-rata tal-interessi rilevanti (“rata tal-interessi fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ finanzjament mill-ġdid”) tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjud b’żewġ punti perċentwali, għall-perijodu bejn l-1 ta’ April 2022 u d-data tal-ħlas effettiv tal-ammont mitlub;

tikkumpensa lir-rikorrent għad-danni morali sostnuti mir-rikorrent bl-ammont simboliku ta’ EUR 1;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lura l-ispejjeż legali sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 4.1.1 u 4.5.1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BĊE u l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ effett retroattiv.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ diliġenza.

____________