Language of document : ECLI:EU:C:2017:771

Kawża C-231/16

Merck KGaA

vs

Merck & Co. Inc. et

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Hamburg)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 109(1) – Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea u ta’ trade marks nazzjonali – Lis pendens – Kunċett ta’ ‘l-istess fatti’ – Użu tat-terminu “Merck” fl-ismijiet ta’ domains u fuq pjattaformi tal-midja soċjali fuq l-internet – Azzjoni bbażata fuq trade mark nazzjonali segwita b’azzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea – Astensjoni – Portata”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017

1.        Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ diversi trade marks – Azzjonijiet ċivili simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni u ta’ trade marks nazzjonali – Lis pendens – Kunċett ta’ “l-istess fatti” – Azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati fuq trade mark tal-Unjoni u trade mark nazzjonali, ippreżentati kontra l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Azzjonijiet dwar allegata vjolazzjoni ta’ trade marks identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 109(1)(a))

2.        Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ diversi trade marks – Azzjonijiet ċivili simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni u ta’ trade marks nazzjonali – Lis pendens – Azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati fuq trade mark tal-Unjoni u trade mark nazzjonali, ippreżentati kontra l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti – Obbligu ta’ astensjoni tal-qorti adita t-tieni – Portata tal-astensjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 109(1)(a))

3.        Trade mark tal-Unjoni Ewropea –Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ diversi trade marks –Azzjonijiet ċivili simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni u ta’ trade marks nazzjonali – Lis pendens – Kunċett ta’ “l-istess fatti” –Azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati fuq trade mark tal-Unjoni u trade mark nazzjonali, ippreżentati kontra l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti – Inklużjoni – Kundizzjonijiet –Azzjonijiet dwar allegata vjolazzjoni ta’ trade marks identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri – Rinunzja għall-atti parzjali – Effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 109(1)(a))

4.        Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ diversi trade marks – Azzjonijiet ċivili simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni u ta’ trade marks nazzjonali – Lis pendens – Azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati fuq trade mark tal-Unjoni u trade mark nazzjonali, ippreżentati kontra l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti – Obbligu ta’ astensjoni tal-qorti adita t-tieni – Kundizzjonijiet – Trade marks validi għal prodotti jew servizzi identiċi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 109(1)(a))

1.      L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni stipulata fih, relatata mal-eżistenza ta’ “l-istess fatti”, tkun issodisfatta meta azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati fuq trade mark nazzjonali u fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea, rispettivament, ikunu ppreżentati bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, sa fejn biss dawn l-azzjonijiet ikunu jirrigwardaw vjolazzjoni allegata ta’ trade mark nazzjonali u ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri.

(ara l-punt 44, dispożittiv 1)

2.      L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati, l-ewwel waħda, fuq trade mark nazzjonali, dwar allegata vjolazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, u, it-tieni waħda, fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea, dwar allegata vjolazzjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, imressqa bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, il-qorti adita t-tieni għandha tastjeni milli tieħu konjizzjoni tal-parti mit-tilwima relatata mat-territorju tal-Istat Membru previst mill-azzjoni għal vjolazzjoni mressqa quddiem il-qorti adita l-ewwel.

(ara l-punt 53, dispożittiv 2)

3.      L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni stipulata fih, relatata mal-eżistenza ta’ “l-istess fatti”, ma tkunx iktar issodisfatta meta, wara rinunzja parzjali minn rikorrent, sa fejn din tkun saret validament, għal azzjoni għal vjolazzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea intiża inizjalment sabiex tipprekludi l-użu ta’ din it-trade mark fit-territorju tal-Unjoni, meta tali rinunzja tirrigwarda t-territorju tal-Istat Membru previst mill-azzjoni mressqa quddiem l-ewwel qorti adita, ibbażata fuq trade mark nazzjonali intiża sabiex tipprekludi l-użu ta’ din it-trade mark fit-territorju nazzjonali, l-azzjonijiet inkwistjoni ma jkunux jirrigwardaw iktar allegata vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali u ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri.

(ara l-punt 58, dispożittiv 3)

4.      L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li t-trade marks ikunu identiċi, il-qorti adita t-tieni għandha tastjeni favur il-qorti adita l-ewwel sa fejn biss dawn it-trade marks huma validi għal prodotti jew servizzi identiċi.

(ara l-punt 62, dispożittiv 4)