Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2013 – Good Luck Shipping vs Il-Kunsill

(Kawża T-423/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, Barrister, u M. Taher, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L 156, p. 10) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplmenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L156, p. 3), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas li jagħti motivazzjoni xierqa u suffiċjenti.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas li josserva l-kriterji applikabbli għall-istabbiliment tal-listi u/jew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonstata li dawn il-kriterji ġew osservati fir-rigward tar-rikorrenti u/jew inkluda lir-rikorrenti mingħajr bażi legali xierqa sabiex jagħmel dan.It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas milli jħares id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u d-dritt tagħha għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Kunsill, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għall-protezzjoni tal-proprjetà tagħha, l-attività professjonali tagħha u r-reputazzjoni tagħha.