Language of document : ECLI:EU:T:2015:896





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 – Giant (China) vs Il-Kunsill

(Kawża T‑425/13)

“Dumping – Importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina – Rieżami interim – Artikolu 9(5) u Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Trattament individwali – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Informazzjoni neċessarja – Data disponibbli – Kumpanniji magħquda – Evażjoni”

1.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Trattament individwali ta’ impriżi li jesportaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq – Għoti lill-impriżi esportatriċi li ma kisbux l-istatut tal-impriża li topera ekonomija tas-suq – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 9(5)) (ara l-punti 47, 81)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni – Użu ta’ prezz ta’ esportazzjoni mfassal – Aġġustamenti – Teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet eżistenti bejn produttur-esportatur inkwistjoni u kumpanniji oħra stabbiliti fil-pajjiż esportatur (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(8) sa (10)) (ara l-punti 57-60)

3.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu tal-informazzjoni disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Rifjut ta’ aċċess għal informazzjoni neċessarja – Kundizzjoni mhux sodisfatta (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1)) (ara l-punti 61-70)

4.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu tal-informazzjoni disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Informazzjoni falza jew qarrieqa – Kundizzjoni mhux sodisfatta (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1)) (ara l-punti 71-76)

5.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Trattament individwali ta’ impriżi li jesportaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq – Rifjut li jiġi impost dazju antidumping individwali – Riskju ta’ evażjoni– Kundizzjoni mhux sodisfatta (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 9(5)) (ara l-punti 83-89)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, p. 17).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, huwa annullat għal dak li jirrigwarda Giant (China) Co. Ltd.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ Giant (China) kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.