Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Jinan Meide Casting vs Il-Kunsill

(Kawża T-424/13)1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Trattament kunfidenzjali tal-kalkoli tal-valur normali – Informazzjoni mogħtija tempestivament – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq – Drittijiet tad-difiża – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività – Artikolu 2(7) sa (11), Artikolu 3(1) sa (3), Artikolu 6(7), Artikolu 19(1) sa (5), u Artikolu 20(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jinan Meide Casting Co. Ltd (Jinan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti minn S. Gubel, avukat, u minn B. O’Connor, solicitor)

Intervenjent insostenn tal-Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland u M. França, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129 p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja, huwa annullat sa fejn dan japplika għal Jinan Meide Casting Co. Ltd.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Jinan Meide Casting Co. Ltd.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1  ĠU C 325, 9.11.2013.