Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Diċembru 2010 - Apostolov vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/10 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Terminu għall-preżentata ta' appell - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Svetoslav Apostolov (Saarwellingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Schneider-Addae-Mensah, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Diċembru 2009, Apostolov vs Il-Kummissjoni (F-8/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż b'mod partikolari għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud

Svetoslav Apostolov għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010